Għanafest | Facebook Page
16948
page-template-default,page,page-id-16948,ajax_fade,page_not_loaded,,qode-title-hidden,qode-theme-ver-10.1.2,wpb-js-composer js-comp-ver-5.1,vc_responsive
Għanafest
GħanafestJuly 22nd, 2017 at 6:32pm
Inġeddu l-memorji tal-Għanafest ta' din is-sena ġewwa il-ġnien maġistiku San Girgor, Żejtun
Għanafest
4    View on Facebook
Għanafest
GħanafestJuly 22nd, 2017 at 6:32pm
It-taqsima Kulturali u Tradizzjonali fl-Imnarja 2017

Bħal kull sena l-Kunsill Malti għall-Arti u l-Kultura qed jieħu ħsieb it-taqsima kulturali u tradizzjonali li huma parti ntegrali mill-attivitajiet tradizzjonali li jsiru fil-Ġonna tal-Buskett lejlet u nhar l-Imnarja 28 u 29 ta’ Ġunju.

Din is-sena lejlet l-Imnarja se jkun hemm serata sħiħa ta’ għana mżewqa ma talent ieħor tradizzjonali. Fost l-oħrajn se jkun hemm il-maġġor parti tal-għannejja li hawn fil-ġżejjer tagħna. Wara numru ta’ snin fis-serata ta’ lejlet l-Imnarja se jkun hemm l-għannej veteran Karmenu Bonniċi l-Baħri li ilu ma jieħu sehem f’xi serata tal-għana għal diversi snin. L-għana se tkun imħawra fiha nnifisha b’taħlita ta’ għana tal-Botta u Risposta, Għana fil-Għoli, Spirtu Pront u l-Makkjetti. Se jieħdu sehem ukoll kantanti oħra Maltin fosthom Renato Micallef u r-Ringu. Jieħdu sehem ukoll il-grupp folkloristiku Għawdxi Ta’ Seguna li jispeċjalizza f’daqq ta’ strumenti tradizzjonali.

Apparti minnhekk fil-Ġonna tal-buskett ikun hemm diversi attivitajiet ohra u wirjiet agrikoli li jibqgħu esebiti tul is-serata kollha. Għal ħabta tas-sitta u nofs ta’ filgħaxija fil-Buskett ikun hemm wirja b’numru ta’ bhejjem u karrettuni tradizzjonali li jkun ipparteċipaw fi sfilata’ apposta li tibda mis-Saqqajja fir-Rabat.

Nhar l-Imnarja filgħodu jkun hemm il-kompetizzjonijiet abbinati mal-annimali u prodotti agrikoli. Fl-istess ħin mill-għaxra ta’ filgħodu ‘l quddiem ikun hemm programm ta’ għana. F’nofsinhar issir il-prezentazzjoni tradizzjonali li rebbieħa li jkunu ħadu sehem fil-kompetizzjonijiet agrarji.

Nhar l-Imnarja filgħaxija jkompli l-Għanafest din id-darba fil-Bajja ta’ Birżebbugia fejn mis-7.30 ta’ filgħaxija ‘l quddiem ikun hemm serata mżewqa b’għana ta’ stili differenti u l-parteċipazzjoni tal-kantant David Azzopardi li jinterpreta numru ta’ suċċessi li kellu fix-xena lokali l-aktar dawk li jmorru lura għas-snin sebgħin.

Attivita’ oħra li wkoll iġġib fi tmiem l-attivitajiet tal-Imnarja hi l-kunċert mill-Banda L’Isle Adam tar-Rabat li jibda wkoll fis-7.30 ta’ filgħaxija fis-Saqqajja fejn għall-ewwel din is-sena se jkun jinkludi wkoll il-parteċipazzjoni ta’ għannejja Maltin u żfin mill-Paul Curmi Dancers.
3    View on Facebook
Għanafest
Għanafest added 5 new photos — with Arige Babani and 4 others.July 22nd, 2017 at 6:32pm
Għanafest 2017 #aerial #photos
1 1    View on Facebook
Għanafest
Għanafest added 6 new photos — in Iz-Zejtun, Malta.July 22nd, 2017 at 6:32pm
   View on Facebook
Għanafest
GħanafestJuly 22nd, 2017 at 6:32pm
Sound check done. See you all tonight! #GHANAFEST #ZEJTUN
Għanafest
14    View on Facebook
Għanafest
GħanafestJuly 22nd, 2017 at 6:32pm
GĦANAFEST – 23 & 24 JUNE 2017 at ŻEJTUN
Għanafest
9 4    View on Facebook